Wiċċ ġdid ta' tarmak fin-naħa ta' Gerbulin

Wara li fix-xhur li għaddew beda xogħol infrastrutturali fi Triq il-Klamari, Triq it-Tumbrell, Triq il-Kaħli u Triq it-Tunnaġġ fiż-żona ta' Gerbulin issa laħqu l-fażi finali tagħhom. Xogħlijiet li jinkludu installazzjoni tas-servizzi tal-ilma u pavimentar ġdid issa huma lesti u llum beda jingħata wiċċ ġdid ta' tarmak. Dawn ix-xogħlijiet jagħmlu parti minn proġett ta' bini mill-ġdid ta' diversi toroq imwettaq mill-Kunsill tal-Mellieħa. Xogħlijiet simili diġà ġew inwettqa fi Triq il-Wied ta’ Ruman, Triq il-Marlozz, Triq il-Qarnit u Triq is-Sajjieda filwaqt li f'Ġunju li għadda l-Kunsill ħa ħsieb il-bini mill-ġdid ta' Triq Ramlet il-Qortin ġewwa l-Armier.