Asfaltar mill-ġdid ta' toroq f'Gerbulin

F’dawn l-ahhar jiem l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, permezz tal-kuntrattur tiegħu, beda x-xogħol infrastrutturali fit-toroq Klamari, Tumbrell, Kaħli u Tunnaġġ, kollha fiż-żona Ta’ Gerbulin u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu. Ix-xogħol jinvolvi l-bdil tas-servizzi tal-ilma, bdil tal-bankini u fl-aħħarnett it-toroq konċernati jingħataw wiċċ ġdid.  Dan hu parti mix-xogħol ta’ asfaltar mill-ġdid li qiegħed iwettaq il-Kunsill fil-lokalità. Ta’ min isemmi illi fl-istess żona l-Kunsill diġà wettaq xogħol simili fit-toroq Wied Ta’ Ruman, Marlozz, Qarnit u Sajjieda, waqt li f’Ġunju li għadda lesta xogħol simili fi Triq Ramlet il-Qortin ġewwa l-Armier.