Fażi oħra tad-dawl lesta fit-toroq ta’ Santa Maria Estate
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa lesta x-xogħol fuq fażi oħra tad-dawl tat-toroq ta’ Santa Maria Estate. Din il-fażi inkludiet ix-xogħlijiet fi Triq ta’ Taħt l-Irdum u parti sostanzjali minn Triq Għajn Żejtuna. Fil-fażi li jmiss il-Kunsill se jkompli għaddej jaħdem fuq il-parti ta’ isfel ta’ Triq Għajn Żejtuna u Triq il-Qasab.