Xogħol fuq Triq Ramlet il-Qortin
Matul dawn l-aħħar ġimgħat il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa beda xogħol ta’ kisi mill-ġdid tat-Triq Ramlet il-Qortin. Dan il-proġett ser ikun jikkumplimenta x-xogħol li sar fi Triq l-Armier. Matul ix-xahar ta’ Mejju beda x-xogħol ta’ livellar tat-triq, tiswija tal-ħitan tas-sejjieħ, bini ta’ bankina u manutenzjoni fuq il-kanali tal-ilma tax-xita.
Barra minhekk tqiegħed main tal-ilma ġdid mill-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma u saru wkoll ducts għall-linji tat-telefown mil-kumpannija Go plc. Illum beda jingħata wiċċ ġdid ta’ tarmak u x-xogħol mistenni li jkun lest sa nofs il-ġimgħa d-dieħla. In-nefqa li mistenni jonfoq il-Kunsill fuq dan il-proġett mistenni tlaħħaq is-somma ta’ € 280,000.