Xogħolijiet fi Triq il-Marfa

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jgħarraf li minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fi Triq il-Marfa u fil-parti t`isfel ta` Triq Ġorġ Borg Olivier, minn nhar is-Sibt, 1 ta Mejju 2021, l-arranġamenti tat-traffiku ser ikunu kif gej:

  • It-Trasport Pubbliku mhux ser jiġi affettwat
  • Vetturi oħra għandhom jagħmlu użu minn Triq Lewis Wettinger (Bypass tal-Mellieha), kemm fid-direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa, kif ukoll fid-direzzjoni `il barra mill-Mellieħa; u
  • Kull min irid jidħol fiċ-ċentru tal-Mellieħa, jista` juża t-traversi ta’ Triq il-Kbira sa Triq Sant`Anna, jew mill-Bypass tramite Triq Qasam Barrani.

Ix-xogħlijiet ser jibqgħu għaddejjin anke bil-lejl bil-għan li jitwettqu fl-inqas żmien possibbli, b’anqas inkonvenjenzi.