Triq il-Qortin

Għada se tingħata l-aħħar kisja tarmak ta' Triq il-Qortin. Għaldaqstant id-dħul u l-ħruġ tal-vetturi minn din it-triq se jkun ipprojbit. Nitolbu l-kooperazzjoni tar-residenti biex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq mingħajr ħafna inkonvenjent.