Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis ħabbar inizjattiva ġdida bl-isem ‘Tan-Nanna Ħelu Manna’. Din hija kompetizzjoni tat-tisjir għal żmien il-Milied għall-anzjani flimkien man-neputijiet, qraba jew ħbieb tagħhom taħt it-tmintax-il sena. L-għan ewlieni ta’ din il-kompetizzjoni huwa sabiex tkompli tiġi ffaċilitata l-anzjanità attiva, kif ukoll imħeġġa r-relazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw l-uffiċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq 21521333, emajl customarecare.mellieha.lc@gov.mt jew fuq il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill.