Proġett ta' Tisbiħ fi Triq Sant'Anna

Il-Kunsill Lokali għaddej bi preparamenti sabiex isir proġett ta' tisbiħ fi Triq Sant'Anna u l-ewwel parti ta' Triq il-Mitħna l-Qadima. Ix-xogħol jikkonsisti fi:

1. Tqegħid ta' programm maż-żewġ naħat ta' turġien fi Triq il-Mitħna l-Qadima bejn Triq Sant' Anna u Triq Santa Marija.

2. Il-bdil tal-kanen tal-ħadid u l-balavostri tal-konkos fi Triq Sant' Anna u tqegħid ta' railing ġdid u 4 lampi ornamentali.

3. Rampa aċċesibbli minflok it-taraġ iż-żgħir fil-bidu ta' Triq Sant' Anna.

4. Pedestrian Crossing fil-bidu ta' Triq Sant' Anna.