Kerbside Truck

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bil-kollaborazzjoni ma’ Wasteserv Malta jixtieq jinforma lill-pubbliku li ser ikun hawn servizz ieħor għar-residenti tal-Mellieħa darba fix-xahar – Kerbside Truck.

Għada t-Tlieta, 15 ta’ Ottubru, it-Tlieta, 19 ta’ Novembru u t-Tlieta, 17 ta’ Diċembru bejn id-9.30am u s-1.30pm ser ikun hemm it-trakk tal-kumpanija (fi Triq Qasam Barrani) fejn wieħed jista jarmi żejt tat-tisjir, bozoz, polystyrene, karti, kartun, metal u plastik.