Approvat il-Budget tal-Kunsill għas-sena 2018

Il-Kunsill għadu kif approva l--Budget tiegħu għas-sena 2018.

Bħala Proġetti Kapitali matul is-sena 2018 il-Kunsill se jkun qiegħed iwettaq dawn il-proġetti:

i) Pavimentar u tisbiħ ta' Triq l-Inkurunazzjoni

ii) Tisbiħ ta' Taraġ San Publju (it-tieni fażi)

iii) Tisbiħ tat-Taraġ fi Triq Dun Franġisk Sciberras li jagħti għal Triq il-Marfa

iv) Twaħħil ta' poġġaman mat-turġien fi Triq il-Mitħna l-Qadima bejn Triq Sant' Anna u Triq Santa Marija.

v) Tisbiħ ta' Triq Sant' Anna

vi) Twaħħil ta' fanali ornamentali fi Triq Dun Manwel Grima u Triq ir-Raħħala fil-Manikata.   

vii) Dawl ta' Triq fil-kumplament ta' Triq Għajn Żejtuna minn Triq iż-Żebbuġ sa Triq il-Kbira.

viii) Tisbiħ u apparat ta' logħob ġdid u modern fi Ġnien tas-Salib u Ġnien Dun Anton.

ix) Xogħol ta' kisi bit-tarmak fi Triq ix-Xatt ta' Santa Marija

x) Pavimentar taz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali, xogħol li se jsir minn Ministeru tat-Trasport u Proġetti Kapitali.

xi) Bdil tal-bankini fi Triq Gorg Borg Olivier.