Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm
Billi fix-xahar ta’ Ġunju jiġi ċċelebrat Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħa l-inizjattiva sabiex jixgħel b’dawl aħmar Misraħ iż-Żjara tal-Papa u l-monument li jinsab fi Triq Qasam Barrani sa nhar it-Tnejn, 14 ta’ Ġunju 2021.
Ftit informazzjoni rigward min jixtieq jagħti d-demm:
Wieħed jista’ jagħti d-demm mill-eta’ ta’ 18 -il sena sa 68 sena. L-irġiel jistgħu jagħtu d-demm kull tlett xhur u n-nisa kull erba’ xhur. Kull min imur, għandu jieħu il-karta tal-identita’, licenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Qabel ma d-donatur jagħti d-demm, jiġi eżaminat minn tabib.
Kull min jixtieq jagħti d-demm, jista’ jmur fic-Centru tat-Trasfuzjoni gewwa Guardamangia kuljum, inkluz l-Ħdud u Festi Pubblici bejn it-8am u s-6pm. Wieħed jista’ jmur ukoll fil-mobile blood donations units li ta’ spiss ikunu jzuru postijiet diversi madwar Malta.
Qegħdin jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa;
Jjekk qed tistenna li tieħu jew tirċievi riżultat tal-iswab test ma tistax tagħti demm sakemm jinħareġ riżultat negattiv ta ' Covid 19;
wieħed irid jħalli 48 siegħa biex jagħti d-demm wara li jkun ħa l-vaċċin Covid 19. Jekk ikun hemm sintomi ta 'deni jew ta' l-influwenza, wieħed irid iħalli 7 ijiem qabel ma jagħti d-demm;
jekk tagħti d-demm trid tħalli 7 ijiem qabel tieħu l-vaċċin tal-Covid 19
Li l-eluf ta’ d-donaturi eżistenti li jagħtu d-demm fuq bażi volontarja u mingħajr pretenzjoni ta’ ħlas lura jkunu murija rikonoxximent b’mod apert. Dan għaliex grazzi għalihom, Is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa baqa’ għaddej sewwa, anke waqt il-pandemija, u li kieku ma kienx hekk ħafna morda kienu jbatu jew jaslu sal-punt li jitilfu ħajjithom.
Biex id-donaturi eżistenti jagħmlu kuraġġ u jikkommettu ruħhom li jagħtu d-demm b’mod iktar regolari.
Li jikber l-għarfien tal-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm u l-ġest nobbli tad-donaturi eżistenti jservi biex iktar nies f’saħħithom, partikolarment żgħażagħ, jikkonvinċu ruħhom li jibdew jagħtu d-demm huma wkoll.