Vakanza ghall-Skrivan fi Skala 15

Vakanza all-Skrivan fi Skala 15

 

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa javża li nħolqot vakanza ta’ Skrivan fi Skala 15 fuq bażi full-time għal persuni li andhom ir-rekwiżiti minimi stabbilili fl-Artiklu 14 (3b) of L.S.363.20, li huma:

 

  • Hames suggetti f’livell ordinarju (“O” level passes b’minimu ta’ Grade C, jew ekwivalenti), li jinkludu l-Malti, Ingliz u l-Matematika.

 

Persuni eleġibbli li japplikaw huma mitluba jibagħtu ittra akkumpanjata minn CV, kif ukoll kopja taċ-ċertifikati b’rabta mal-kwalifiki li għandhom, u jgħadduhom:

 

lis-Segretarju Eżekuttiv

Kunsill Lokali tal-Mellieħa

126, Triq il-Mitħna l-Ġdida,

Mellieħa

 

L-Applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bl-idejn fl-indirizz t’hawn fuq, jew permezz tal-imejl mellieha.lc@gov.mt sa mhux iktar tard minn nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju 2019. Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jkunux ikkunsidrati.