Triq Ġorġ Borg Olivier.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jgħarraf li minn għada l-Ħamis, 8 ta’ April 2021, Infrastructure Malta ser jibdew xogħlijiet f’parti minn Triq il-Marfa u l-parti t’isfel ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier. Ix-xogħlijiet jinvolvu titjib fis-sistema tal-rainwater culverts, re-konstruzzjoni ta’ wicc it-triq kif ukoll tiġdid ta’ servizzi. Infrastructure Malta se tagħmel dak kollu possibli sabiex it-triq titħalla miftuħa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet.