Il-Ħamis, 28 ta’ April 2022

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jgħarraf illi nhar il-Ħamis, 28 ta’ April 2022 bejn id-9.30am u t-3.30pm parti minn Triq Ġorġ Borg Olivier ser tkun magħluqa għat-traffiku.
Għal dan il-għan:
It-trasport pubbliku mix-Xemxija fid-direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa ser jipproċedu dritt għall-Bypass Ta’ Pennellu. Kif jaslu jipproċedu għal Triq Edward Camilleri fejn ser ikun hemm bus stop temporanju fejn id-Dar Madonna tal-Mellieħa. Ir-rotta tkompli għal roundabout ta’ Triq il-Marfa mingħajr ma’ tidħol fiċ-Ċentru tal-Mellieħa.
Ir-residenti taż-żoni Ta’ Gerbulin u tas-Sellum għandhom jagħmlu użu minn bus stops li jinsabu fejn id-DB Seabank Hotel. Importanti li vetturi oħra fid-direzzjoni tal-Għadira, Ta’ Gerbulin u ċ-Ċirkewwa jipproċedu għal Triq Lewis Wettinger u Dawret it-Tunnara.
Vetturi oħra għandhom jagħmlu użu minn Triq Lewis Wettinger (Bypass tal-Mellieha), kemm fid-direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa, kif ukoll fid-direzzjoni `il barra mill-Mellieħa; u
Kull min irid jidħol fiċ-ċentru tal-Mellieħa, jista` juża t-traversi ta’ Triq il-Kbira sa Triq Sant`Anna, jew mill-Bypass tramite Triq Qasam Barrani.