Ħarġa Settembru

Nhar il-Ħamis 26 ta' Settembru, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa organizza ħarġa kulturali ġewwa Villa Francia. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk ir-residenti li ġew għall-ħarġa kif ukoll l-istaff tal-villa għall-akkoljenza u t-tour informattiv. Grazzi wkoll lill-puluzija tal-komunita li ġew magħna f’dan it-tour. Kienet ippreżentata donazzjoni minn dawk preżenti lil The Marigold Foundation.