Ser isir xogħol ta’ asfaltar mill-ġdid bejn it-Tnejn 10 ta’ April u s-Sibt 15 ta’ April 2023 fit-toroq imsemmija:
• Triq il-Mitħna l-Ġdida (bejn Triq l-Għorgħar u Triq il-Qalb Imqaddsa);
• Triq Churchill,
• Triq il-Kappillan Magri (bejn Triq Churchill u Triq Santa Marija);
• Triq San Ġużepp (bejn Triq in-Nofsinhar u Triq il-Kappillan Magri);
• Triq il-Qalb Imqaddsa; u
• Triq il-Parroċċa.
Għal din ir-raġuni l-parkeġġ se jkun ipprojbit bejn is-07:00 am u s-07:00 pm fit-toroq imsemmija hawn fuq.