President's Solidarity Fun Run 2023

Il-President Solidarity Fun Run ser issir is-Sibt 11 ta’ Novembru 2023 u ser tibda minn żewġ postijiet differenti. Ser ikun hemm tluq mill-Palazz tal-Verdala fil-Buskett fit-3:00 pm, u mill-Palazz ta’ San Anton f’Ħat-Attard fit-3:30pm, u tintemm fil-Belt Valletta.

Kemm-il darba jkun hemm domanda suffiċjenti, il-Kunsill ser ikun qed jipprovdi trasport mill-Mellieħa għaż-żewġ postijiet minn fejn ser tibda l-ġirja u lura mill-Belt Valletta. Minn huwa nteressat f’din il-faċilità huwa mitlub jirreġistra l-interess tiegħu mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sa mhux iktar tard minn nhar it-Tnejn 9 ta’ Ottubru 2023. Dan jista’ jsir permezz tal-imejl mellieha.lc@gov.mt, jew permezz tat-telefon 21521333.

 

The President Solidarity Fun Run will take place on Saturday 11 November 2023, starting from two different places. There will be a departure from the Verdala Palace in Buskett at 3:00 pm, and from the San Anton Palace in Hat-Attard at 3:30 pm, ending in Valletta.

As long as there is sufficient demand, the Council will be providing transport from Mellieħa to the two places from where the run will start and back from Valletta. Anyone interested in this facility is requested to register their interest with the Local Council of Mellieħa by not later than Monday 9 October 2023. This can be done through the e-mail address: mellieha.lc@ gov.mt, or by phone 21521333.