Premju Nazzjonali Fil-Qasam tad-Dimensja

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru itellgħat is-serata tal-Premju Nazzjonali Fil-Qasam tad-Dimensja mill-Onorevoli Anthony Agius Decelis, Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilita u Anzjanita Attiva. Bi pjaċir is-Sa Carmen Dingli u l-ħaddiema tad-Dar Madonna tal-Mellieħa, li kienu nnominati mill-Kunsill Lokali Mellieħa, kienu mal-finalisti. Is-Sa Dingli kienet innominata għal Premju Carer Informali għaliex tieħu ħsieb lil ommha li tbagħti bid-dimensja. Il-ħaddiema tad-Dar Madonna tal-Mellieħa kienu nominati għal Premju Tim fil-Qasam tad-Dimensja għax xogħol tagħhom li jagħmlu mal-anzjani li jbgħatu bid-dimensja u għal proġett 'Orange Grove' li jgħin lil dawn l-anzjani jgħixu ħajja aħjar.