Nominazzjoni għall-Onorefiċenzi mogħtija mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fl-2022
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jgħarraf illi:
Ser jikkonsidra nominazzjonijiet għall-għoti ta` onorefiċenzi “Ġieħ il-Mellieħa” u “Rikonoxximent il-Mellieħa” lil persuni jew organizazzjonijiet li permezz ta’ ħidmiethom tkun ibbenefikat il-lokalità. Dawn għandhom jiġu sottomessi fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill f’Nru. 126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, Mellieħa, sa nofsinhar ta' nhar it-Tlieta, 15 ta’ Novembru 2022.
Il-formola tan-nomina u s-sett ta’ kriterji jistgħu jitniżżlu minn hawnhekk >>
Il-kriterji jistgħu jitniżżlu minn hawnhekk >>