Ġorġ Borg Olivier

Twaqqaf kumitat fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa speċifikament sabiex jistudja u jirrakkomanda rimedji bil-għan li tingħeleb il-konġestjoni tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier. Ix-xogħol tal-Kumitat beda f’Awwissu 2019 b’kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti u b’riżultat ta’ dan, qiegħed jara li l-problema għandha tiġi trattata minn tliet aspetti differenti, li jinvolvu:

1.L-immaniġġjar tat-traffiku fit-toroq ta’ madwar dawk ewlenin;

2.Infurżar tal-liġi aktar konsistenti; u

3.Tibdil f’ċerti rotot tal-karozzi tal-linja, li attwalment jgħaddu minn Triq Ġorġ Borg Olivier, bl-użu tal-Bypass u Triq Qasam Barrani.

Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u għaldaqstant għadu xejn ma ġie ffinalizzat. Il-Kumitat jistieden lil dawk li għandhom xi suġġerimenti x'jaghmlu fuq dawn it-tliet aspetti, sabiex jressquhom sal-31 ta' Lulju 2020, fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali, 126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, Mellieha MLĦ1107, jew permezz tal-indirizz tal-imejl: mellieha.lc@gov.mt.