Kontestanta għal Miss Supranational 2022

Kontestanta għal Miss Supranational 2022, tirrappreżenta l-lokalità tal-Manikata.
Flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser inkunu qegħdin nagħtu xi donazzjonijiet tal-ikel lill-Foodbank Lifeline Foundation li hija organizazzjoni tal-karità. Ser inkunu qed niġbru ikel bħall-għaġin, ross, ċereali, ikel f’laned jew f’bottijiet, sauces, ħalib long-life, pakketti tal-frott magħsur, eċċ.
Foodbank Lifeline Foundation qed jiġbru wkoll Figolli li ser jitqassmu lill-familji fil-bżonn fi żmien il-Għid.
Dawk li jixtiequ jikkontribwixxu huma mitlubin li jġibu l-ikel l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Dan għandu jsir sa nhar l-14 ta’ April 2022 biex inkunu nistgħu ngħadduhom lill-Foodbank Lifeline Foundation il-Belt Valletta.
Televoting: Tista’ tissapportja lil Roxanne billi tibgħat sms fuq 50615007 u tikteb Miss Manikata.