Clean Up Armier

 

Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ċċelebra l-Jum Dinji tat-tfal b’tindifa u t-tħawwil ta’ 90 siġra indiġena ħdejn il-kosta tal-Armier. L-attività ġiet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bil-Kollaborazzjoni tal-Kummissarju tat-Tfal u Ambjent Malta, li offrew is-siġar kollha li ġew imħawla. L-attivita ġiet ikkordinata mill-kunsilliera s-Sinjuri Annabelle Brincat Stellini li hija l-kunsilliera responsabli minn Jum it-tfal u Rebecca Bartolo Cutajar il-kunsilliera responsabli mill-Ambjent.