Laqgħa Annwali tal-Lokalita`
Skont kif jipprovdi l-Artiklu 70 tal-Att Dwar Gvern Lokali, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa javża li ser isir laqgħa għar-residenti kollha tal-lokalita` bil-għan li l-Kunsill jippreżenta r-Rapport Amministrattiv għall-2021 u l-Pjan ta’ Ħidma 2022-2026.
Il-laqgħa ser isir nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju 2022, fis-6.00 ta’ filgħaxija u ser tiġi trażmessa diretta permezz tal-internet mis-sit elettroniku https://corterm.com/vod/members/mellieha/. Min jixtieq jagħmel interventi b’mezzi elettroniċi għandu javża lill-Kunsill permezz tal-imejl mellieha.lc@gov.mt sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Mejju 2022 sabiex tingħata l-link meħtieġa.