Laqgħa Annwali tal-Lokalita

 

Skont kif jipprovdi l-Att XV ta` 1993, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa javża li ser isiru żewg laqgħat għar-residenti kollha tal-lokalita` sabiex fihom jingħata rendikont ta’ ħidmet il-Kunsill matul is-sena finanzjarja li ntemmet f’Diċembru 2019, kif ukoll tagħrif dwar il-budget għas-sena 2020.

 

Il-laqgħat ser isiru:

(i) nhar l-Erbgħa, 29 taJannar 2020, fis-6.30 ta’ filgħaxija, fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, f`Nru 126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, il-Mellieħa (entratura minn Triq il-Madonna ta’ Fatima); u

 

(ii) nhar il-Ħamis, 30 taJannar 2020, fis-6.30 ta’ filgħaxija, fis-Sala Parrokkjali fil-Manikata.

 

Kulħadd huwa mistieden li jattendi u jipparteċipa.