Aktar Fondi mill-Awtorita' tal-Ippjanar lill-Kunsill Lokali Mellieħa
Ġie iffirmat ftehim bejn l-Awtorita' tal-Ippjanar u l-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa, fejn permezz ta' dan il-ftehim l-Awtorita tintrabat li tgħaddi l-flus mill-fond 'Development Planning Fund (DEPF) lill-Kunsill biex dan iwettaw xogħlijiet ta' tisbiħ fil-lokalita tal-Mellieħa.
Il-Kunsill se jkun qiegħed jagħmel użu minn dawn il-flus f'żewġ proġetti:
i) Installazzjoni ta' Dwal tat-Triq fi Triq il-Qortin (Ammont 59,000eur). Dan il-proġett diġa tlesta.
ii) Pavimentar ta' Tisbiħ ta' Triq l-Inkurunazzjoni (Ammont 294,000eur). Dan il-proġett huwa maħsub li jibda fi ftit żmien ieħor.