Ċelebrazzjoni tal-Anzjani
Ilbieraħ it-Tlieta 1 ta’ Ottubru ġew iċċelebrati l-Anzjani kemm li jattendu ċ-Ċentru ta’ matul il-Jum kif ukoll ir-residenti tad-Dar tal-Anzjani Madonna tal-Mellieħa. Il-Kunsill Lokali pprovda l-frott u l-yoghurt għal waqt il-breakfast kif ukoll id-divertiment li kien hemm waqt il-high tea. Kien hemm wirja ta’ artigjanat magħmul mir-residenti. L-Istaff ppreparaw bookmarks ħelwin b’messaġġi sbieħ fuqhom. Din l-attivita kienet organiżżata mill-istaff tad-Dar tal-Anzjani. Din l-attivita kienet kkordinata mill-Kunsilliera Annabelle Brincat Stellini. Prosit lil kulħadd.