Premijiet tal-Kumitat Olimpiku Malti 2016
Waqt ċerimonja li organizza l-Kumitat Olimpiku Malti biex jingħataw l-MOC Sports Awards, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ngħata l-Award bħala dak il-Kunsill li ta l-akbar kontribut lill-isport Malti matul is-sena 2016. Għal dan il-premju kien hemm nominati tmien kunsill lokali oħra. Din kienet it-tieni darba f'dawn l-aħħat tlitt snin li l-Kunsill ingħata dan l-award.