Attività f'Jum il-Missier 2016
Nhar il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fakkar Jum il-Missier b'attività ġewwa d-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa. Il-kantanta Corazon Mizzi kantant diversi kanzunetti li qanqlu ħafna memorji sbieħ f'dawk preżenti. Fl-aħħar tal-attività tqassmet ukoll 'muffin' lil dawk kollha preżenti li kollha apprezzaw l-attività organizzata għalihom.