Inizjattvi tal-Kunsill Lokali matul il-Festi tal-Milied
Matul dawn l-aħħar snin il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħa diversi inizjattivi sabiex joħloq atmosfera li tixraq f'dawn il-jiem ta' Festi. Dawn l-inizjattivi iservu sabiex ikomplu jiġbdu iżjed nies lejn il-lokalità tagħna. Il-Kunsill ħa ħsieb sabiex iżżejjen Triq Gorg Borg Olivier u Triq il-Parroċċa bi dwal li joħolqu atmosfera ta' festa f'dawn il-ġranet sbieħ.
Inizjattiva oħra hija l-Milied Mellieħi li ser jiġi organizzat ġewwa Misraħ iż-Żjara tal-Papa liema attività tibda llum, 22 ta' Diċembru 2015 fis-19:30 b'diversi attivitajiet mużikali, art u ikel. Din tiġi fi tmiemha nhar il-Ħamis. 24 ta' Diċembru 2015 fl-22:30.