Xoghlijiet ta' Rikostruzzjoni fi Triq il-Marfa
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieha jixtieq javza li Infrastructure Malta se tkun qed twettaq xoghol infrastrutturali fi Triq il-Marfa, minn Triq Adenau (Maritim Hotel) sar-roundabout ta' Dawret il-Mellieha (Seabank Hotel).
Minhabba dawn ix-xoghlijiet, Triq il-Marfa se tkun maghluqa ghat-traffiku mill-1 ta' April 2019 'il quddiem u ghaldaqstant il-Kunsill Lokali tal-Mellieha se jkun qieghed jipprovdi servizz ta' minibus shuttle minn Triq Adenau (Maritim Hotel) sar-roundabout ta' Selmun (Valyou Supermarket) u lura mill-05.00hrs sa 22.00hrs. Ir-residenti fiz-zona tal-Ghadira ghandhom jaghmlu uzu mill-bus stops li hemm qrib is-Seabank Hotel. Huwa mportanti li min ikun sejjer fid-direzzjoni tal-Ghadira, Ta' Gerbulin u c-Cirkewwa jaghmel uzu minn Triq Lewis Wettinger u Dawret il-Mellieha. Access ghaz-zoni Ta' Gerbulin u Tas-Sellum ser jithalla minn fejn ir-roundabout tas-Seabank Hotel sakemm ikun ghaddej ix-xoghol fil-parti ta' Triq il-Marfa li taghti lejn il-Mellieha. Triq l-Erwieh ser tithalla miftuha sakemm ix-xoghlijiet jippermettu. Is-servizz tal-karozzi tal-linja ser ikun qed jghaddi minn dawn it-toroq ukoll, izda hekk kif jasal mar-roundabout Ta' Pennellu, ser jidhol fi Triq Qasam Barrani, sar-roundabout tad-Dar tal-Anzjani u lura. Aktar 'il quddiem jinghataw dettalji dwar arrangamenti tat-traffiku ohra skont kif jitolbu x-xoghlijiet. Filwaqt li nitolbu l-koperazzjoni taghkom, niskuzaw ruhna tal-inkonvenjent.