Ħitan tas-Sejjieħ fit-Telgħa ta' Selmun

Tlesta x-xogħol fuq ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ fit-Telgħa ta' Selmun, proġett li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed iwettaq wara li applika għall-fondi taħt il-Miżura 4.4 : Programm għall-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020.