Stqarrija għall-Istampa – Appell fuq l-Iżvilupp PA 5909/17: Bini ta’ Lukanda
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ressaq appell quddiem it-Tribunal tar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward l-approvazzjoni mill-Awtorita’ tal-Ippjanar tal-applikazzjoni PA 5909/17 – li jinkludi l-bini ta’ lukanda. L-appell qiegħed isir peress li l-Pjan Lokali speċifikament igħid li lukandi f’din iż-żona mhumiex permessibbli skont il-Policy NWVS3.
L-istess Kunsill ressaq rikors quddiem l-istess Tribunal fejn talab li l-iżvilupp m’għandux jibda qabel ma jkun hemm id-deċiżjoni tal-istess Tribunal.
Il-Kunsill għandu jassistuh il-Perit Carmel Cacopardo u l-Avukat Claire Bonello.
John Buttigieg
Sindku
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa