Premju Anzjanita Sportiva
Illum il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, ġewwa l-Active Ageing Centre tal-Mellieħa, l-Onorevoli Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis ippreżenta ċertifikat ta’ parteċipazzjoni ghall-Premju Anzjanita Sportiva lill-anzjani li jattendu dan iċ-Ċentru. Dan iċ-ċeritifikat ingħata bħala rikonnixemnt lil anzjani li huma attivi f’diversi dixxiplini sporttivi. Iċ-Ċentru kien innominat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-Premju Anzjanita Sportiva. Prosit u awguri lil kulħadd.