Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qed jiffinanzja l-għoti ta’ servizz bażiku ta’ appoġġ tal-IT għal persuni li għandhom ir-residenza ordinarja tagħhom fil-lokalità tal-Mellieħa.

Ir-residenti reġistrati tal-Mellieħa biss ikunu eliġibbli għas-servizz, kif ikkorroborat minn Karta tal-Identità Maltija, jew l-aħħar ħarġa tar-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali, jew Permess ta’ Residenza maħruġ mill-Aġenzija Identity Malta.

L-iskema tipprovdi għas-servizzi elenkati hawn taħt:

- Drive Formatting (Software installat ipprovdut huwa liċenzjat);

· Hardware Cleaning;

· Installazzjoni ta' softwer Anti-Virus b'xejn;

· Tneħħija ta' viruses;

· Iċċekkjar għall-aġġornamenti tas-softwer u l-konfigurazzjoni; u

· Servizzi Ġenerali.

Il-benefiċjarji jistgħu jagħmlu użu minn servizz dijanjostiku tal-PC, jew fil-bini tal-fornitur tas-servizz, jew onlajn permezz tas-softwares ta' desktop remoti użati b'mod komuni. Id-dijanjosi tal-ħsarat tista’ tinvolvi li l-kompjuters jinżammu fil-ħanut tal-fornitur tas-servizz għal skopijiet ta’ monitoraġġ.

L-iskema ma tipprovdix għal:

· Servizzi fuq il-post;

· Sostituzzjoni ta' komponenti difettużi;

· Installazzjoni ta' softwer li jista' jitniżżel mill-ġdid ħlas;

· Trasferiment u backup tad-data;

· Ħlasijiet tax-xogħol lil hinn mid-dijanjosi tal-ħsarat.

It-talbiet għas-servizz għandhom jiġu rreġistrati online permezz tal-link li ġej: https://forms.office.com/e/hXRCtuB9rZ. Malli jirċievi talba, il-fornitur tas-servizz jindika jekk is-servizz jistax jitwassal online, jew fil-ħanut awtorizzat.

Is-servizz se jkun disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-09:00 sas-18:00, u s-Sibt mid-09:00 sa 12:00, sakemm ma jiġix stabbilit ħin reċiprokament konvenjenti mal-benefiċjarju. Il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi mhumiex inklużi fl-iskeda tal-ħin tas-servizz.

It-talbiet għal servizz jiġu ttrattati fi żmien jumejn (2) tax-xogħol wara s-sottomissjoni mill-benefiċjarju.

Ir-residenti jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema darba matul perjodu ta’ tnax-il xahar, sakemm ma jkunx għal mistoqsijiet li jirriżultaw mis-servizz oriġinali mogħti, u limitati għall-kompiti elenkati hawn fuq.

Din hija skema pilota li għandha tkun disponibbli mill-1 ta’ Frar 2022 sakemm il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jista’ jiddeċiedi mod ieħor.