Nominazzjonijiet għall-Onorefiċenzi mogħtija mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa - 2023
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jgħarraf illi ser jikkonsidra nominazzjonijiet għall-għoti ta’ onorefiċcenzi ‘Ġieh il-Mellieħa’ u ‘Rikonoxximent il-Mellieħa’ lill-persuni jew organizazzjonijiet li permezz ta’ ħidmiethom tkun ibbenefikat il-lokalita’. Dawn għandhom jiġu sottomessi fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill f’nru. 126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, Mellieħa sa nofsinhar ta’ nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Novembru 2023. Kull min hu interessat jista’ jiġbor kopja tan-nomina u s-sett tal-kriterji mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jew iċempel l-uffiċċju fuq 21521333.