Il-Mixja tal-President

Il-Mixja tal-President

Mixja mal-President’ b’risq The Malta Community Chest Fund se ssir nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru 2023 u se tgħaddi minn tliet Palazzi.

Se tibda fit-3pm mill-Palazz Verdala, tgħaddi mill-Palazz ta’ Sant’Anton u tispiċċa quddiem il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.

Il-parteċipanti kollha se jirċievu T-shirt kommemorattiv b’xejn meta jirreġistraw fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, l-uffiċċji ta’ The Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta u r-Rabat, Għawdex, The Kitchen Garden, il-Palazz ta’ Sant’Anton, il-ħwienet kollha tal-Maypole u online.

Għall-benefiċċju ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser jipprovdi transport lejn il-Palazz ta’ Verdala fil-Buskett fis-2:00 pm minn fejn l-uffiċċju tal-Kunsill fi Triq il-Mitħna l-Ġdida, Mellieħa. Fi tmiem il-mixja ser ikun hemm trasport mill-Belt Valletta. Minn huwa nteressat huwa mitlub jinforma l-uffiċċju tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 8 ta’ Novembru 2023. Is-servizz jiġi pprovdut kemm-il darba jkun hemm konkorrenza suffiċjenti.

‘Mixja mal-President’ in aid of The Malta Community Chest Fund will take place on Saturday 11 November 2023 and will walk through three Palaces.

The walk will start at 3pm from the Verdala Palace, passes through Sant'Anton Palace and ends in front of the Presidential Palace in Valletta.

All participants will receive a free commemorative T-shirt upon registration at the Cottonera Sports Complex, Kirkop Sports Complex, National Pool Complex Tal-Qroqq, Malta Community Chest Fund offices in Valletta & Victoria, Gozo, The Kitchen Garden, Sant’Anton Palace, all Maypole shops and online.

For the benefit of those who wish to take part, the Mellieħa Local Council will provide transport to Verdala Palace in Buskett at 2:00 pm from the Council's office in Triq il-Mitħna l-Ġdida, Mellieħa. At the end of the walk there will be transport from Valletta. Anyone who is interested is asked to inform the Council's office no later than Wednesday 8 November 2023. The service will be provided only if sufficient bookings are registered.