Tisbiħ taċ-Ċentru Storiku tal-Mellieħa

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kompla għaddej bit-tisbiħ taċ-Ċentru Storiku tal-Mellieħa. Din id-darba nbiddlu l-fanali ta' Misraħ il-Parroċċa u l-Belvedere tas-Sur, simili għal dawk li twaħħlu fit-Triq il-Parroċċa. Huwa mistenni li matul is-sena 2018 isir ukoll il-pavimentar taz-zuntier tal-Knisja u l-pavimentar ta' Triq l-Inkurunazzjoni.