Ġnien l-Għoljiet
Nhar il-Ħadd, 21 ta` Marzu 2004 il-Kunsill Lokali Mellieħa nnawgura "Ġnien l-Għoljiet", f`Misraħ Thomas Spratt. Il-programm li kien organizzat mis-Sotto Kumitat Ambejnt u Wirt Storiku kien jikkonsisti f`marċ mill-Mellieħa Scout Group, diskors dwar il-ġrajja ta` l-inħawi mis-Sur Alfred Vella, qari ta` poeżija, għana mis-Sur Gaetano Sultana u diskors ta` l-okkażjoni mis-Sindku, is-Sur John Buttigieg u l-Viċi Sindku, is-Sur Joseph Azzopardi. Il-ġnien infetaħ mis-Sindku, is-Sur John Buttigieg u tbierek mir-Rev. Kappillan Dun Karm Tanti. Għal dan il-ftuħ kienu mistiedna l-għaqdiet kollha lokali, il-membri tas-Sotto Kumitati u r-residenti kollha li joqogħdu fl-inħawi ta` "Ġnien l-Għoljiet".
Ix-xogħlijiet f`Misraħ Thomas Spratt kienu jinkludu t-tqattiegħ ta` blat f`ċertu partijiet iżda sar sforz biex tinżamm dik il-parti tax-xagħra li ma ġietx degradata, pavimentar ġdid, sistema tad-dawl kif ukoll bankijiet ġodda. L-ispiża ta` dan il-proġett ġiet iffinanzjata mill-Kunsill Lokali Mellieħa