Avviżi

Ismijiet liċ-Ċimiterji tal-Parroċċa
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa javżaw illi ċ-ċimiterji tal-Mellieħa ngħataw isem. Iċ-ċimiterju ta` Triq l-Erwieħ se jkun jismu "ĊIMITERJU SULTANA TAL-VITTORJI" waqt li ċ-ċimiterju ta` Triq il-Marfa se jkun jismu "ĊIMITERJU OMM TAL-ĦNIENA".

Iċ-Ċimiterju "Sultana tal-Vittorji"
Fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u permezz ta` l-għajnuna ta` xi voluntiera, iċ-ċimiterju "Sultana tal-Vittorji" fi Triq l-Erwieħ qed ikun miftuħ kull nhar ta` Tlieta, il-Ħamis, is-Sibt u l-Ħadd mit-8.00 ta` filgħodu sas-6.00 ta` filgħaxija.

Iċ-Ċimiterju "Omm il-Ħniena"
Iċ-Ċimiterju "Omm il-Ħniena" fi Triq il-Marfa ikun miftuħ matul is-sena kollha nhar ta` Tnejn u nhar ta` Ġimgħa bejn is-7.30a.m. u s-1.30p.m. Matul ix-xahar ta` Novembru ikun miftuħ ukoll nhar ta` Erbgħa fl-istess ħinijiet.

Rapporti dwar Inċidenti tat-Traffiku
Min ikollu bżonn jirraporta xi inċident tat-traffiku għandu jċempel fuq in-numru tat-telefon: 21 320202 u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

 

*
*

Destination for all seasons


*
* *
* Ara il-Video *
*

*

  Mill-Qiegha Mejju 2010


17 ta' Mejju, 2010
*
* *
* Niżżel *
*
*

Applikazzjonijiet
għall-Attivitajiet
fil-Beraħ fil-Lokalita
tal-Mellieħa


*
* *
* Niżżel *
*
gov.mt Gvern ta' Malta