|
|
|
Proġetti Mwettqa
-
Asfaltar fi Triq il-Hlewwa, Triq il-Hena, Triq il-Palm, Triq l-Alwetta, Triq il-Gardell, Triq il-Bilbla, Triq l-Ghaqda, Triq is-Sliem u Triq in-Nixxiegha.
- Installazzjoni ta` Lampi Ġodda fl-area kollha f`Ta` Masrija
- Resurfacing tat-Toroq kollha f`Ta` Brag
- Upgrading fil-Grawnd tal-Futbol f`Ta` Pennellu
- Ġnien Pubbliku fil-Manikata
- Ġnien Pubbliku fi Triq is-Sifa
- Kisi bit-tarmak u bdil ta` bankini fl-area magħrufa bħala "Il-Kortin", fi Triq il-Birwina, Triq il-Merill u Triq il-Pluviera.
- Uffiċċji ġodda għall-Kunsill Lokali Mellieħa
- Rijabilitazzjoni tal-belveder li hemm ma` ġenb il-Knisja Parrokkjali bit-tqegħid ta` paviment, bankijiet u qsari ġodda. Inbidel ukoll il-puġġaman b`wieħed tal-ħadid, minflok dak l-antik li kien tal-ġebel, biex titgawda aħjar il-veduta li joffri dan il-post.
- Tisbieħ ta` Misraħ il-Parroċċa
- Restawr tal-Monument tal-Pellegrini u landscaping ta` l-art ta` madwaru.
- Ħolqien ta` belveders fi Triq l-Għollieqa u fi Triq l-Assedju l-Kbir, fejn ġew imħawwla siġar indiġini li qed jieħdu ħsiebhom ir-residenti tal-madwar.
- Kisi bit-tarmak u bdil ta` bankini fil-parti antika u ċentrali tal-Mellieħa, fl-Għoljiet tal-Mellieħa u fir-raħal kollu tal-Manikata.
- Kisi bit-tarmak u bdil ta` bankini fit-toroq kollha fiż-żona magħrufa bħala l-"Għoljiet tal-Mellieħa", "Tas-Salib" u "Qasam Barrani".
- Rijabilitazzjoni tal-Playing Field fi Triq l-Erwieħ u tal-Playing Field f`Misraħ tas-Salib.
- Tisbieħ ta` Misraħ Thomas Spratt.
- Restawr tal-bini marbut ma` l-industrija tat-Tunnara prattikata fil-Mellieħa u rijabilitazzjoni tax-xagħra ta` madwaru li jinsabu fl-inħawi "Ta` Gerbulin" viċin l-Għadira.
- Restawr tal-Bir ta` Selmun.
- Bini ta` rampa u alterazzjonijiet fil-latrina pubblika fil-Bajja ta` l-Għadira biex ikun hemm aċċessibilta` għall-persuni b`diżabilita`.
- Bini ta` latrina ġdida fl-Armier u f`Golden Bay.
- Traffic Management ġdid għat-toroq prinċipali tal-Mellieħa, Triq il-Kbira, Triq Gorg Borg Olivier u Triq il-Marfa u fid-daħla għal Qasam Barrani.
- Pubblikazzjoni ta` ktieb bil-Malti u bl-Ingliż dwar l-istorja tal-Mellieħa - 'Il-Mellieħa mal-Milja taż-Żmien/Mellieħa through the Tides of Time'.
- Installazzjoni ta` Sistema ta` Audio, twaħħil ta` suffett u pelmits għall-purtieri u upgrading tas-sistema tad-dawl tal-palk fis-sala ta` l-Iskola Primarja "Maria Bambina".
- Tisħiħ tal-librerija pubblika tal-Mellieħa, permezz ta` għotjiet ta` kotba minn sena għall-oħra. Fis-sena 2001, il-librerija pubblika għaddiet f`idejn il-Kunsill Lokali.
|
|
 |

|
|
|
|
|
|
|
 |
Mill-Qiegha Mejju 2010
17 ta' Mejju, 2010 |
 |
 |
 |
 |
 |
Niżżel |
 |
 |
|
 |
Applikazzjonijiet għall-Attivitajiet fil-Beraħ fil-Lokalita tal-Mellieħa
|
 |
 |
 |
 |
 |
Niżżel |
 |
 |
|
|
|