|
|
|
Missjoni u Valuri
L-Istqarrija tal-Missjoni L-għan tal-Kunsill huwa li jservi ta` Gvern Lokali u jamministra fl-interess komuni tal-lokalita`.
Il-Valuri Il-valuri mħaddna mill-Kunsill Lokali Mellieħa huma:
- Li jaħdem għall-benefiċċju tal-lokalita` in ġenerali mingħajr ma jiddeskrimina bejn żona u oħra
- Jikkunsidra bl-istess mod il-ħtiġijiet ta` l-irħula żgħar li jinstabu fil-lokalita`, daqs dawk tal-Mellieħa li tħaddan fiha l-akbar popolazzjoni.
- Jirrispetta l-opinjonijiet u twemmin politiku divers li jeżistu fil-lokalita`.
- Iħajjar lill-kostitwenti sabiex jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet li jittieħdu billi jinħolqu strutturi li permezz tagħhom ikun hemm konsultazzjoni miftuħa.
- Jistma x-xogħol imwettaq mill-għaqdiet kulturali li jiffunzjonaw fil-Mellieħa u jinkoraġġihom biex l-għanijiet tagħhom jintlaħqu bi kwalunkwe` mezz possibbli, fil-parametri tal-liġi dwar il-Kunsilli Lokali. Permezz ta` l-inizjattivi tiegħu, il-Kunsill jara li ma jidħolx f`kompetizzjoni ma` l-istess għaqdiet.
- Jara li l-fondi pubbliċi allokati lilu jintefqu bl-aktar mod effettiv, effiċjenti u trasparenti bil-għan li jinġieb il-valur tal-flus li jintefqu.
- Iservi ta` vuċi għall-kostitwenti tiegħu ma` Ministeri, Dipartimenti u/jew Aġenziji Governattivi fuq materji li jolqtu l-lokalita`.
|
|
 |

|
|
|
|
|
|
|
 |
Mill-Qiegha Mejju 2010
17 ta' Mejju, 2010 |
 |
 |
 |
 |
 |
Niżżel |
 |
 |
|
 |
Applikazzjonijiet għall-Attivitajiet fil-Beraħ fil-Lokalita tal-Mellieħa
|
 |
 |
 |
 |
 |
Niżżel |
 |
 |
|
|
|