Il-Ġemellaġġ
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għandu ġemellaġġ mal-belt Ġermaniża t`Adenau
Skambji ta` Żjarat
L-iskambji ta` żjarat li saru permezz ta` dan il-ġemellaġġ:
April 1995
Żjara mis-Simar Folk Group f`Adenau.
Jannar 1996
Żjara f`Adenau - Iffirmar tal-Ġemellaġġ bejn Mellieħa u Adenau
Mejju 1996
Żjara minn grupp ta` persuni Ġermaniżi fil-Mellieħa - Iffirmar tal-Ġemellaġġ
Ġunju 1997
Żjara mis-Simar Folk Group f`Adenau
Awissu 1997
Żjara mill-Mellieħa Scout Group f`Adenau
Ottubru 1997
Żjara ta` grupp Ġermaniżi fil-Mellieħa
Lulju/Awissu 1998
Żjara minn Die Lustigen Eifellander Band fil-Mellieħa
Ġunju 1999
Żjara mill-Għaqda Korali u Orkestrali "Maria Bambina" f`Adenau
Ottubru 1999
Żjara mill-Għaqda Mużikali Imperial f`Adenau
Lulju 2000
Żjara mis-Simar Folk Group f`Adenau u Art Exhibition mtella` mill-artist Mellieħa Twanny Darmanin f`Adenau
Marzu 2001
Żjara minn grupp ta` studenti minn Realschule fil-Mellieħa
April 2001
Żjara minn grupp ta` persuni Ġermaniżi fil-Mellieħa għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ħames Anniversarju mill-Iffirmar tal-Ġemellaġġ
Awissu 2001
Żjara mis-Simar Folk Group f`Adenau
Lulju 2003
Żjara mill-Mellieħa Football Club Nursery f`Adenau
Awissu 2003
Ceramics Exhibition f`Adenau mill-artist Mellieħi Kenneth Grima
Ottubru 2003
Seminar dwar il-ġemellaġġi organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mal-German Maltese Cicle u l-Alliance Francaise de Malte biex jiġi kkomemorat l-40 Anniversarju mill-Iffirmar tat-Trattat ta` Elysee.
April 2006
Żjara minn grupp ta` 35 persuna minn Adenau fil-Mellieħa fl-okkażjoni ta` l-għaxar anniversarju mill-iffirmar tal-Ġemellaġġ.
Lulju 2006
Bejn it-30 ta` Ġunju u s-7 ta` Lulju 2006 delegazzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieħa u membri ta` l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina żaru il-belt Ġermaniża ta` Adenau biex jiġi ċċelebrat l-Għaxar Anniversarju tal-Ġemellaġġ bejn iż-żewġt ibliet.