Ġemellaġġ ma' Cavriglia, l-Italja

L-Iffirmar tal-Ġemellaġġ fil-Mellieħa


L-iffirmar tal-ġemellaġġ fil-MellieħaBejn it-22 u 26 ta` Jannar 2008, delegazzjoni ffurmata mis-Sindku u minn Kunsilliera tal-Comune di Cavriglia flimkien ma` rappreżentanti minn għaqdiet u assoċjazzjonijiet ta` Cavriglia, kienu fuq żjara fil-Mellieħa biex jassistu għall-iffirmar tal-ftehim ta` Ġemellaġġ bejn il-Kunsill tal-Mellieħa u l-Comune di Cavriglia.


Iċ-ċerimonja ta` l-iffirmar tal-Ġemellaġġ saret nhar il-Ġimgħa 25 ta` Jannar 2008, filgħaxija, fis-sala ta` l-iskola primarja tal-Mellieħa waqt ‘Jum il-Kunsill 2008'. Il-ftehim ġie ffirmat mis-Sindku tal-Mellieħa John Buttigieg u mis-Sindku ta` Cavriglia Ivano Ferri.


Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħejja programm ta` attivitajiet għal matul iż-żjara tad-delegazzjoni Taljana. Id-delegazzjoni kellha l-opportunita` li żżur is-sede ta` l-għaqdiet kollha Melleħin, l-iskola primarja u anke postijiet ta` interess fil-Mellieħa u l-Manikata. Id-delegazzjoni ttieħdet anke l-Imdina u l-Belt Valletta fejn ġiet organizzata laqgħa ma` l-Eċċ. Tiegħu President ta` Malta Dr Edward Fenech Adami.

L-Iffirmar tal-Ġemellaġġ f`Cavriglia (AR), Italja

iffirmar tal-ġemellaġ f'CarvigliaBejn it-30 ta` Ottubru u l-5 ta` Novembru 2007, delegazzjoni ffurmata mis-Sindku John Buttigieg, il-Viċi Sindku Joseph Azzopardi u membri tal-Kunsill tal-Mellieħa u rappreżentanti mill-Mellieħa Sports Club, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, l-Għaqda Mużikali Imperial, is-Societa` Filarmonica La Vittoria, iċ-Ċentru Laburista Mellieħa, l-Uffiċċju tal-Partit Nazzjonalista, l-Għaqda Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti Melleħin, il-Mellieħa Sports Club Football Nursery, l-Art Club 2000, il-Ladies` Craft Circle, iċ-Ċentru Parrokkjali, il-Mellieħa Basketball Team, il-Grupp Żiffa u l-Koperattiva Rurali Manikata Ltd għamlu żjara f`Cavriglia, provinċja ta` Arezzo fl-Italja, biex jattendu għaċ-ċerimonja ta` l-iffirmar tal-Ġemellaġġ bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Comune di Cavriglia.


Il-ġemellaġġ ġie ffirmat fit-2 ta` Novembru 2007 waqt ċerimonja li saret fl-uffiċċju tal-Comune di Cavriglia. Preżenti għall-iffirmar kien hemm is-Sindku ta` Cavriglia - is-Sur Ivano Ferri u l-Kunsilliera tiegħu, is-Sindku tal-Mellieħa - is-Sur John Buttigieg u l-Kunsilliera Melleħin, rappreżentant mill-A.I.C.C.R.E, id-delegazzjoni Melleħija, membri ta` għaqdiet u organizazzjonijiet f`Cavriglia u mezzi tal-media Taljana mir-Reġjun tat-Toscana.

 

Il-programm li l-Comune di Cavriglia ħejja għal din iż-żjara kien wieħed interessanti ħafna. Id-delegazzjoni Melleħija kellha l-opportunita` li tiltaqa` ma` għaqdiet u organizazzjonijiet Taljani, taqsam ideat u ħsibijiet, u saru żjarat kulturali f`postijiet ta` interess. Id-delegazzjoni attendiet ukoll għal żewġ seminars li ttrataw dwar: "Il-ġejjieni ta` lingwi mitkellma minn popli żgħar" u "It-tibdil tal-klima".


Din iż-zjara kienet waħda pożittiva ħafna u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jemmen li minn dan il-ġemellaġġ il-lokalita` tal-Mellieħa tista` tgawdi ħafna.


Iċ-ċerimonja ta` l-iffirmar tal-ġemellaġġ fil-Mellieħa saret fil-25 ta` Jannar 2008 u din id-darba kien hawn fostna delegazzjoni minn Cavriglia.

*
*

Destination for all seasons


*
* *
* Ara il-Video *
*

*

  Mill-Qiegha Mejju 2010


17 ta' Mejju, 2010
*
* *
* Niżżel *
*
*

Applikazzjonijiet
għall-Attivitajiet
fil-Beraħ fil-Lokalita
tal-Mellieħa


*
* *
* Niżżel *
*
gov.mt Gvern ta' Malta