Il-Palazz ta' Selmun

Il-Palazz ta` Selmun

 

Il-Palazz ta` Selmun inbena fi żmien il-Gran Mastru Emmanuel de Rohan madwar l-1783 mill-Arkitett Malti Duminku Cachia. Huwa jixbaħ ħafna lil dak tal-Verdala. Dawn huma palazzi mibnija bi stil ta` fortizzi għalkemm l-iskop huwa ta` palazz fil-kampanja, li jagħti impressjoni ta` awtorita`. Dominanti ħafna fid-dehra tiegħu hija l-gallarija madwaru li tgawdi panorama mill-isbaħ fuq firxa kbira dawra mejt.

Il-Palazz kellu kappella li damet tintuża sas-sebgħinijiet meta nbniet il-lukanda biswit il-Palazz. Din il-kappella m`għandhiex bini fuqha minkejja li tinsab fis-sular t`isfel. Kienet tintuża mis-saċerdot li kien iqaddes għan-nies tal-post. Fil-gwerra kienu jattendu s-suldati li kienu jservu fil-palazz u nies oħra tal-Militar li kienu stazzjonati fil-fortizza ta` Campbell li qiegħda fil-viċin. Il-kappella kellha pittura ta` Antoine Favray li turi l-Madonna tal-Ħniena li llum tinsab fil-kappella l-ġdida ta` Selmun.

Dan il-Palazz kien ġie mogħti mill-Ordni ta` San Ġwann lil wieħed mill-Kavallieri tagħha wara li kien irnexxielu jinganna lill-Kursari Saracini bil-manuvrar tiegħu tant li rnexxielu jħabbathom ma` sikka fejn il-Gżejjer ta` San Pawl. B`hekk ix-xini u l-ekwipaġġ waqgħu f`idejn il-Kavallieri. Għal din il-bravura, il-Kavallier ġie onorat u ngħata t-tgawdija ta` dan il-palazz.

 Aqra iktar dwar l-istorja tal-Bir tal-Ħnejja;

Il-Bir tal-Ħnejja

*
*

Destination for all seasons


*
* *
* Ara il-Video *
*

*

  Mill-Qiegha Mejju 2010


17 ta' Mejju, 2010
*
* *
* Niżżel *
*
*

Applikazzjonijiet
għall-Attivitajiet
fil-Beraħ fil-Lokalita
tal-Mellieħa


*
* *
* Niżżel *
*
gov.mt Gvern ta' Malta