Il-Kunsill Lokali Mellieħa jipprovdi dawn is-servizzi:
Il-Kunsill ifakkar li fl-uUfiċċju tal-Kunsill hemm żewġ kompjuters sabiex jintużaw mill-pubbliku għall-użu ta' l-Internet. Dan is-servizz huwa totalment b' xejn u l-kompjuters huma aċċessibbli waqt il-ħin ta' l-uffiċċju. Teżisti wkoll sistema ġdida ta' wireless internet. Dan ifisser illi min għandu laptop b' aċċess għall-Wi-Fi ikun jista' jkollu aċċess għall-Internet mingħajr wires.
- Servizz ta' Librerija Pubblika
Il-Librerija Pubblika tinsab fl-Iskola Primarja 'Marija Bambina' tal-Mellieha. Il-hinijiet tal-ftuh huma kif gej:
Ottubru sa Gunju
L-Erbgha - 2.00p.m. sa 6.00p.m.
Is-Sibt - 9.00a.m. sa 12.00p.m.
Lulju sa Settembru
L-Erbgha - 10.00a.m. sa 12.00p.m.
5.00p.m. sa 7.00p.m.
- Servizz ta' Ġbir ta' Skart Goff
Il-Kunsill Lokali Mellieħa joffri servizz tliet darbiet fil-ġimgħa, mingħajr ħlas, biex l-iskart goff jinġabar minn residenzi fil-Mellieħa. Dan is-servizz jista' jintalab billi wieħed iċempel l-uffiċċju tal-Kunsill fuq 21521333.
Skart goff li gej minn process industrijali, agrikolu jew minn xoghol ta' bini u kostruzzjoni ma jingabarx mill-kuntrattur ta' l-iskart goff. F'dan il-kaz, wiehed ghandu l-obbligu li jikri 'skip' miftuh minghand kuntratturi koncernati.
- Servizz ta' Ġbir ta' Skart Domestiku
L-Iskart Domestiku jinġabar mit-Tnejn sas-Sibt, bejn is-7.00 a.m u n-12.30 p.m. L-iskart għandu jinħareg fis-7.00 a.m. Matul ix-xhur ta` Lulju, Awissu u Settembru biss jingħata servizz anke nhar ta` Ħadd fin-naħa t`isfel ta` Santa Maria Estate fit-toroq li ġejjin: Alwetta, Għajn Żejtuna, Għaqda, Hena, Ħlewwa, Nixxiegħa, Palm, Pont, Qasab, Sliem, Ta` Taħt l-Irdum, ix-Xatt ta` Santa Marija. Jingħata servizz simili fl-inħawi Tas-Sellum, Ta` Gerbulin, l-Caravan Site ta` l-Għadira u l-Moll taċ-Ċirkewwa.
- Servizz ta' Tindif ta' Toroq Urbani
It-Tindif tat-Toroq Urbani jitmexxa fuq skeda li tfasslet skont il-ħtiġijiet taż-żoni differenti.
Il-programm tat-tindif tat-toroq huwa mqassam kif jidher hawn taħt:
It-Tnejn:
It-toroq fil-parti ċentrali tal-Mellieħa, Tal-Braġ, il-Qortin, Ta` Gerbulin, Tas-Sellum (fix-xitwa kull ħmistax) u l-moll taċ-Ċirkewwa kif ukoll tindif ta` turġien li jsir kull ġimgħa.
It-Tlieta:
It-toroq fil-parti ċentrali tal-Mellieħa, tindif tal-bankijiet f`Misraħ iż-Żjara tal-Papa u tindif ta` turġien li jsir kull ġimgħa.
L-Erbgħa:
It-toroq fil-parti ċentrali tal-Mellieħa, l-Għoljiet tal-Mellieħa u Ta` Snajjin, Tas-Salib, Ta` Masrija, Fuq il-Miżiep u l-Wied tal-Madonna. Bejn Mejju u Ottubru, jsir tindif tal-Moll taċ-Ċirkewwa.
Il-Ħamis:
It-toroq fil-parti ċentrali tal-Mellieħa u tindif tal-kumplament tat-turġien li jsir kull ġimgħa.
Il-Ġimgħa:
It-toroq fil-parti ċentrali tal-Mellieħa, Santa Maria Estate, Qasam Barrani u Ta` Pennellu.
Is-Sibt:
It-toroq fil-parti ċentrali tal-Mellieħa, il-Manikata, Selmun. Bejn Mejju u Ottubru, jsir tindif tal-Moll taċ-Ċirkewwa.
- Servizz ta' Tindif ta' Toroq Mhux Urbani
- Il-Manutenzjoni u Titjib tat-Toroq, Pjazzez u Passaġġi oħra
- Żamma ta' Ġonna Pubbliċi u Playgrounds għat-Tfal
- Żamma ta' Latrini Pubbliċi
- Twaħħil u Manutenzjoni tas-Sinjali u Marki tat-Traffiku
- Xogħlijiet Infrastrutturali