Bhal kull sena, l-Kunsill Lokali Mellieha ser jerga' jkun qed itella' wahda mill-aktar attivitajiet importanti fil-kalendarju kulturali tal-attivitajiet tieghu. Jum il-Kunsill din is-sena ser tigi organizzata nhar il-Gimgha, 26 ta' Frar 2010 fis-Sala tal-Kullegg Maria Regina Skola Primarja. Ghall-edizzjoni ta' din is-sena, l-Kunsill se jkun qed jorganizza tliet ijiem attivitajiet fejn apparti is-serata cerimonjali, ser isiru numru ta' attivitajiet ohra fejn matulhom ser tkun involuta l-komunita' kollha tal-Mellieha kif ukoll dik tal-Manikata.
Wara s-success li kellha l-Musical 'El Mellaha.....Grajjietha' li giet ipprezentata matul Jum il-Kunsill tas-sena l-ohra, l-Kunsill Lokali rega' haseb fi musical ohra sabiex tittella' waqt il-granet li jkun qed jigi ccelebrat Jum il-Kunsill. 'Imhabba fuq il-Gholja' ser ikun l-isem taghha ghal din is-sena bil-muzika tkun fdata f'idejn is-Surmast Paul Abela filwaqt li d-direzzjoni ser ikun qed jiehu hsiebha Frederick Zammit. Is-Sur Zammit huwa wkoll il-mohh wara zewg drammi popolari f'pajjizna: F'Salib it-Toroq u Santa Monika.
Il-Programm kollu ghat-tliet ijiem ta' Jum il-Kunsill huwa kif gej:
Il-Gimgha, 26 ta' Frar 2010
10.00hrs - Zjara fl-Iskola Primarja tal-Mellieha
19.30hrs - Cerimonja tal-Ghoti tal-Onoreficenzi ta' Gieh u Rikonoxximent il-Mellieha
Is-Sibt, 27 ta' Frar 2010
10.00hrs - Zjara lir-residenti ta' Dar il-Madonna tal-Mellieha
13.00hrs - Tournament tal-football kwadrangolari fil-ground tal-Mellieha bejn Mellieha, Sliema, Hamrun u Valletta. It-timijiet ser ikunu ffurmati minn players veterani
19.30hrs - Fis-Sala tal-Kullegg Maria Regina Skola Primarja tittella' l-Musical 'Imhabba fuq il-Gholja'
Il-Hadd, 28 ta' Frar 2010
09.30hrs - Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem ta' numru ta' kantanti Mellehin immexxija minn Philip Vella
11.00hrs - Tqeghid tal-ewwel gebla fil-Park tal-Familja f'Selmun mis-Sindku tal-Mellieha u l- Ministru George Pullicino u s-Sindku Robert Cutajar
19.30hrs - Fis-Sala tal-Kullegg Maria Regina Skola Primarja tittella' l-Musical 'Imhabba fuq il-Gholja
Dawk kollha li huma nteressati li jibbukkjaw postijiet ghall-Musical huma mitluba li jcemplu l-Kunsill Lokali Mellieha fuq 21521333 jew 21523230 u jirriservaw il-postijiet taghhom ghar-rapprezentazzjonijiet tas-Sibt u tal-Hadd. Id-dhul ser ikun b'xejn. |