Numru sabih ta' ghaqdiet Mellehin li hadu sehem fl-attivita' Milied Melliehi organizzata mill-Kunsill Lokali Mellieha ftit tal-jiem ilu, pprezentaw is-somma sabiha ta' 5135 Euro b'risq l-Istrina. Din il-prezentazzjoni saret mis-Sindku Robert Cutajar flimkien mar-rapprezentanti tal-istess ghaqdiet waqt il-programm l-Istrina li xxandar fuq l-istazzjonijiet lokali l-ghada tal-Milied. Minbarra din l-ghotja, l-Kunsill ipprezenta wkoll numru ta' sigar kif ukoll pittura tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieha sabiex setghet tigi irkantata.
Sadanittant, il-Kunsill Lokali Mellieha jixtieq jirringrazzja lil dawk il-Maltin u l-Ghawdxin li zaru l-Mellieha waqt Milied Melliehi kif ukoll jirringrazzja lil dawk l-ghaqdiet, voluntiera, partecipanti u sponsors li b'xi mod taw is-sehem taghhom biex din l-attivita' regghet kienet success |